L-Ivvjaġġar fl-Ewropa 2006
2 pages
Croatian
Le téléchargement nécessite un accès à la bibliothèque YouScribe
Tout savoir sur nos offres
2 pages
Croatian
Le téléchargement nécessite un accès à la bibliothèque YouScribe
Tout savoir sur nos offres

Description

L-LI-vISkemaarifużjoniħallATuqsportazzjoniLvvjaġġarlwropa006 Dokumentieħtieġa Illus IxiriViżitaturiinnarraEumantitolatiħalifużjonialATuqrodottiLnjoniwropeaijaifruxauqlontinenta’wropaiċirkua’ Lwro FidanE likunutrawaqtżjaraagħhomlEekklrodottiintwerewidwanaGħaċittadiniaElrtikualaħarediterran,illostaalunenta’rlandaal M’hemmbdaimituħalakiista’ixtriieħuiegħeketaivvjaġġa Lwroijaunitaegaliħalktarinn00iljunuħlwstrija, dakinharatluq,imienliethurixiriagħhomlimkienadokumentiPassaportewartaadentitàfruntierialvantalatvja:essutħania’ajsaġġiinntajtietillat bejnajjiżia’E,akemmkunħalżuersonalihuxiexerġa’ ilelġju,linlandja,ranza,lermanja,lreċja,talja,rlanda,l għarifużjonialAT.ormalmentawnitħejjewillejjiegħħalkemmaM’għadxemmktarormalitajietilruntieria’ejnktarinnofssatutmrammla,innergħatertiliajanuriiexfa,innħadajjar jinbiegħ.taxxiVATisa)umanklużiilrezziħallasaħallasLussemburgu,landa,lortugallpanja.simbolua’wrou. jipparteċipawxnegozjantiollha,inħabbaiikemaolontarja.iajjiżiilajjiżia’E.anisaħħaa’ekkmsejjaħtehima’chengeniuforestiatundraa’rtiku. ebdaaxxaħra’xiajjiżeħora’E. jistabbilixxualurinimua’iriabiexieħedikkwalifikaħalifużjoni.Lwrointużakoll’Andorra,onaco,anarinostatalatikan,if2006 partiiliġia’E.

Sujets

Informations

Publié par
Nombre de lectures 21
Langue Croatian
Poids de l'ouvrage 2 Mo

Extrait

L-Ivvjaġġar fl-Ewropa 2006
L-Unjoni Ewropea hija mifruxa fuq il-kontinent ta’ l-Ewropa miċ-Ċirku ta’
l-Artiku sal-Baħar Mediterran, u mill-kosta tal-Punent ta’ l-Irlanda sal-
fruntieri tal-Lvant tal-Latvja: tessut għani ta’ pajsaġġi minn xtajtiet bil-blat
sa xtut imrammla, minn mergħat fertili sa pjanuri niexfa, minn għadajjar u
foresti sat-tundra ta’ l-Artiku.
Il-popli ta’ l-Ewropa, bid-diversi tradizzjonijiet, kulturi u lingwi tagħhom,
jiffurmaw aktar minn 7% tal-popolazzjoni tad-dinja. Il-wirt storiku ta’
l-Ewropa huwa mnaqqax fuq tpinġijiet preistoriċi fl-għerien, fl-antikitajiet
Griegi u Rumani, fl-arkitettura tal-Vikinġi u tal-Mori, fil-fortizzi Medjevali,
fil-palazzi Rinaxximentali u fil-knejjes Barokki. L-Ewropa moderna wkoll
tiġbed lejha l-vjaġġatur bl-ibliet tagħha kollhom ħajja, il-festeġġjamenti
kulturali mlewna, l-attivitajiet sportivi tas-sajf u tax-xitwa, u l-kċina varjata.
Sitta mill-25 pajjiż membru ta’ l-UE ġew magħduda fost l-aqwa
destinazzjonijiet turistiċi fid-dinja, u t-turiżmu jibqa’ sors importanti ta’
dħul u impjiegi. Il-ħajja saret ħafna aktar faċli għal min jivvjaġġa fl-UE
bit-tneħħija tal-biċċa l-kbira tal-formalitajiet dwar il-passaport u l-bagalji.
Tnax-il pajjiż ta’ l-UE jużaw l-istess munita, l-ewro, biex b’hekk wieħed jista’
jqabbel malajr il-prezzijiet, u ntemmu l-inkonvenjenza u l-ispejjeż tat-tisrif
tal-flus. Il-ħolqien ta’ suq waħdani ta’ aktar minn 460 miljun persuna ġab
għażla akbar u prezzijiet orħos. Fil-fatt il-biċċa l-kbira ta’ l-Ewropej isibuha
faċli li jivvjaġġaw madwar l-UE daqslikieku qegħdin jivvjaġġaw f’pajjiżhom
stess.
Dokumenti meħtieġa
Għaċ-ċittadini ta’ l-UE
Passaport jew karta ta’ l-identità
M’għadx hemm aktar formalitajiet fil-fruntieri ta’ bejn aktar minn nofs
il-pajjiżi ta’ l-UE. Dan bis-saħħa ta’ l-hekk imsejjaħ Ftehim ta’ Schengen li hu
parti mil-liġi ta’ l-UE. Ir-regoli ta’ Schengen neħħew il-formalitajiet kollha
tal-fruntieri iżda minflok stabbilew kontrolli effettivi fil-fruntieri esterni ta’ l-
UE u daħħlu sistema komuni għall-ħruġ ta’ viżi. Il-membri sħaħ ta’ Schengen
huma l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja,
il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja (iżda
mhux l-Irlanda u r-Renju Unit), flimkien ma’ l-Iżlanda u n-Norveġja
(li m’humiex membri ta’ l-UE).
L-10 pajjiżi li daħlu fl-UE fl-2004 għadhom m’humiex parteċipi għal kollox
f’Schengen. Għalhekk, tkun trid passaport validu jew karta ta’ l-identità biex
tivvjaġġa lejn dawk il-pajjiżi kif ukoll lejn l-Irlanda u r-Renju Unit.
Meta tkun dieħel fi jew ħiereġ mill-UE mill-fruntieri esterni jkollok bżonn ta’
passaport validu jew karta ta’ l-identità. Naturalment, jista’ jkollok bżonn
il-passaport meta tkun ħiereġ mill-UE biex tidħol fil-pajjiż fejn tkun sejjer.
L-aħjar li tagħmel hu li dejjem ikollok fuqek il-passaport jew il-karta ta’
l-identità meta tkun qed tivvjaġġa fl-UE għax jista’ jkun li jkollok bżonn
tagħti prova ta’ l-identità tiegħek. Jekk ikun meħtieġ fl-interess ta’ l-ordni
pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, jistgħu jitwettqu kontrolli fil-fruntieri
interni għal żmien limitat.
Ara li kwalunkwe tfal li jkunu qed jivvjaġġaw miegħek jew ikollhom
passaport jew karta ta’ l-identità tagħhom, jew li jkunu reġistrati fuq tiegħek.
Bi ftehim ma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, iċ-ċittadini
ta’ dawn il-pajjiżi huma meqjusa bl-istess mod bħal ċittadini ta’ l-UE
u għalhekk jivvjaġġaw biss b’karta ta’ l-identità jew passaport fl-UE.
Viża
M’għandekx bżonn viża biex tivvjaġġa fi ħdan l-UE.
Għal min mhux ċittadin ta’ l-UE
Passaport
Ikollok bżonn passaport validu.
Viża
Iċ-ċittadini ta’ 33 pajjiż m’għandhomx bżonn viża biex iżuru l-UE għal tliet
xhur jew anqas. Dawn jinkludu tliet pajjiżi kandidati - il-Bulgarija, il-Kroazja
u r-Rumanija (iżda mhux it-Turkija) - kif ukoll l-Awstralja, il-Kanada, New
Zealand u l-Istati Uniti. Il-lista ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jinħtieġu viża
biex jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit jew l-Irlanda hija xi ftit differenti minn ta’
pajjiżi oħra ta’ l-UE. Jekk ikollok xi dubju, iċċekkja ma’ l-eqreb konsulat ta’ xi
pajjiż ta’ l-EU.
Jekk il-viża tkun inħarġet minn pajjiż li japplika għal kollox ir-regoli ta’
Schengen, awtomatikament tista’ tivvjaġġa lejn pajjiżi oħra ta’ Schengen
ukoll. Barra minn dan, jekk għandek permess ta’ residenza validu minn xi
wieħed minn dawk il-pajjiżi ta’ Schengen, dan jgħodd bħala viża. Jista’ jkun
li jkollok bżonn ta’ viża nazzjonali biex iżżur l-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Istati
Membri l-ġodda.
Il-Flus
L-ewro
L-ewro hija l-munita legali għal aktar minn 300 miljun ruħ fl-Awstrija,
il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, l-Irlanda, il-
Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u Spanja. Is-simbolu ta’ l-ewro hu €.
L-ewro jintuża wkoll f’Andorra, Monaco, San Marino u l-Istat tal-Vatikan, kif
ukoll fl-Ażores, il-Gżejjer Kanarji, il-Guyana Franċiża, Guadeloupe, Madeira,
Martinique, Mayotte, Réunion, kif ukoll Saint Pierre et Miquelon, li kollha
huma parti minn pajjiżi ta’ l-UE li jużaw l-ewro.
Il-karti tal-flus ta’ l-ewro huma l-istess fil-pajjiżi kollha iżda kull pajjiż joħroġ
il-muniti tiegħu li fuq naħa waħda huma l-istess u fuq in-naħa l-oħra
jkollhom xi emblema nazzjonali distintiva. Monaco, San Marino, u l-Istat
tal-Vatikan ukoll għandhom il-muniti ta’ l-ewro tagħhom. Il-karti tal-flus u
l-muniti jistgħu jintużaw kullimkien fiż-żona ta’ l-ewro.
Id-Danimarka, l-Iżvezja u r-Renju Unit bħalissa ma jużawx il-munita
waħdanija. L-10 pajjiżi membri li daħlu fl-UE fl-2004 huma marbuta li
jdaħħlu l-ewro, iżda l-ebda wieħed m’hu se jkun lest biex jagħmel hekk
qabel ta’ l-anqas l-2007.
Rati tal-kambju
Ir-rati jinbidlu, iżda f’Jannar 2006 ewro wieħed kien jiswa
bejn wieħed u ieħor:
CY
Lira Ċiprijotta
0.57
CZ
Koruna Ċeka
29
DK
Krone Daniż
7.46
EST
Kroon Estonu
16
GB
Sterlina Ingliża
0.69
H
Forint Ungeriż
253
LT
Litas Litwan
3.45
LV
Lats Latvjan
0.70
M
Lira Maltija
0.43
PL
Zloty Pollakk
3.86
S
Krona Żvediża
9.41
SK
Koruna Slovakka
38
SLO
Tolar Sloven
240
J
Yen Ġappuniż
139
CN
Renminbi-yuan Ċiniż
9.54
USA
Dollaru Amerikan
1.18
F’pajjiżi Ewropej li m’humiex fiż-żona ta’ l-ewro, ħafna lukandi, ħwienet
u ristoranti, l-aktar fiż-żoni turistiċi, jaċċettaw ħlas bl-ewro kif ukoll
bil-munita nazzjonali, għalkemm m’humiex obbilgati li jagħmlu dan.
Bolol
Il-bolol jistgħu jintużaw biss fil-pajjiż fejn jinxtraw, anki meta l-prezz
tagħhom ikun bl-ewro.
Ħlasijiet ’il barra mill-fruntieri
Bis-saħħa tar-regoli ta’ l-UE, meta tiġbed il-flus mill-magni awtomatiċi, meta
tħallas bil-kard, jew meta tagħmel trasferiment ta’ flus bl-ewro
(sa € 50 000), tħallas l-istess ammont, tkun fejn tkun fl-UE, daqskemm kieku
tħallas f’pajjiżek stess. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet
f’kontijiet bl-ewro f’pajjiżi ’l barra miż-żona ta’ l-ewro u għal ħlasijiet
bil-krona Żvediża.
L-Ewropa: kontinent b'eluf ta' snin ta' storja, patrimonju kulturali
għani u fost l-isbaħ veduti fid-dinja. Min jivvjaġġa għandu tant
ħwejjeġ x'jiskopri u x'jesplora, u dan kollu issa huwa ħafna eħfef
bis-saħħa ta' l-Unjoni Ewropea (UE).
Tista' taqsam minn fruntiera għall-oħra fi ħdan l-UE mingħajr ma
ssirlek spezzjoni, u l-ewro għamilha ħafna aktar faċli biex iddur
u tagħmel akkwisti tajbin fix-xiri. Għandek aċċess faċli għall-kura
tas-saħħa jekk jinqalagħlek il-bżonn u l-annimali domestiċi mhux
bilfors ikollhom jitħallew id-dar. Jekk issuq, il-liċenzja tas-sewqan
u l-assikurazzjoni tal-karozza li jkunu nħarġu f'pajjiż wieħed ta'
l-UE jgħoddu wkoll fil-pajjiżi l-oħra kollha. U tista' tuża t-telefown
ċellulari tiegħek kullimkien.
Ġewwa għandek issib aktar tagħrif, pariri siewja u mappa ta'
l-Ewropa.
Dan il-fuljett,
L-Ivvjaġġar fl-Ewropa 2006 hu ppubblikat ukoll fuq l-internet f’
verżjoni miżjuda, li toffri links għal tagħrif aktar dettaljat fuq is-
suġġetti ttrattati:
europa.eu.int/abc/travel
Tista’ ssib dan il-fuljett u spjegazzjonijiet qosra oħra dwar l-UE
onlajn fuq
europa.eu.int/comm/publications
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Pubblikazzjonijiet
B-1049 Brussell
Il-manuskritt tlesta f'Jannar 2006
© Il-Komunitajiet Ewropej, 2006
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata.
Disinn tal-qoxra minn fuq għal isfel u mix-xellug għal-lemin
Roberto Trioschi, Emmanuel Trépant, Van Parys Media, Zefa, Van Parys Media.
Bit-triq
Il-Liċenzja tas-sewqan
Liċenzja tas-sewqan valida maħruġa f’pajjiż ta’ l-UE hija valida madwar
l-UE kollha.
F’xi pajjiżi, barra li jrid ikollok fuqek liċenzja valida tas-sewqan, irid ikollok
ukoll id-dokument tar-reġistrazzjoni tal-vettura tiegħek.
Ftakar li fil-parti l-kbira tal-pajjiżi l-età minima għas-sewqan hija ta’
18-il sena. L-età minima biex wieħed jikri karozza mhix stabbilita fuq livell
ta’ l-UE, u ġeneralment tvarja bejn 20 u 23 sena. Jista’ jkun hemm ukoll
limiti massimi, li jistgħu jvarjaw bejn il-65 u l-75 sena.
Assikurazzjoni tal-karozza
Tmur fejn tmur fl-UE il-polza ta’ l-assikurazzjoni tal-karozza tiegħek
awtomatikament tipprovdilek, mingħajr ma tħallas xejn żejjed, il-kopertura
minima (responsabbiltajiet lejn terzi), kif meħtieġ bil-liġi. Dan jgħodd
ukoll għall-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Jekk ikollok assikurazzjoni
komprensiva f’pajjiżek, ara li l-kopertura tgħodd ukoll meta ssiefer f’pajjiżi
oħra. Jista’ jkun ukoll li tkun interessat f’assikurazzjoni f’każ li l-karozza
jiġrilha l-ħsara.
Green Card
mhix meħtieġa meta tivvjaġġa fl-UE iżda tiswa bħala prova
magħrufa internazzjonalment li għandek l-assikurazzjoni, u tkun aktar faċli
għalik li titlob kumpens jekk ikollok inċident. Jekk ma jkollokx
Green Card
fuqek, irid ikollok miegħek iċ-ċertifikat ta’ l-assikurazzjoni.
L-assikuratur tiegħek jista’ jtik formula Ewropea dwar l-inċidenti, dokument
li hu kullimkien l-istess, u li bih ikun eħfef għalik li tagħmel stqarrija fuq
il-post jekk ikollok inċident f’pajjiż ieħor.
Ir-regoli ta’ l-UE jagħmluha eħfef għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku barra
minn pajjiżhom sabiex jiksbu kumpens malajr. Dan jgħodd mhux biss għal
inċidenti li jseħħu fl-UE iżda wkoll għall-inċidenti bejn żewġ partijiet ta’
l-UE f’pajjiż barra mill-UE iżda li huwa parti mis-sistema tal-
Green Card
.
Fl-2005 ġie miftiehem aktar titjib sabiex ikun eħfef għas-sewwieqa li
jiksbu u jagħmlu talbiet fuq assikurazzjoni u sabiex itejbu l-protezzjoni ta’
vittmi ta’ inċidenti billi jistabbilixxu ammonti minimi ogħla għal korriment
personali u dannu lill-proprjetà.
Is-sigurtà fis-sewqan
Fil-pajjiżi kollha ta’ l-UE irid jintlibes iċ-ċintorin tas-sigurtà sew fuq quddiem
kif ukoll fuq wara tal-karozza. Iridu jintużaw siġġijiet apposta għal tfal li
jkunu qed jivvjaġġaw f’karrozza.
Ftakar li għandek issuq fuq ix-xellug f’Ċipru, l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit,
u ftakar li f’xi pajjiżi, bħal fil-Belġju, Franza u l-Olanda normalment trid
iċċedi għat-traffiku li jkun ġej minn fuq il-lemin.
Il-limitu tal-veloċità fuq it-toroq ewlenin ġeneralment ikun 110, 120 jew
130 kilometru fis-siegħa, u l-limiti f’żoni mibnija jkunu 50 jew 60 km
fis-siegħa. Oqgħod attent għas-sinjali biex tkun ċert mil-limiti u għal xi
kundizzjonijiet speċjali li jista’ jkun hemm.
L-użu tat-telefown ċellulari waqt is-sewqan iżid ħafna l-periklu ta’ inċident
fatali u huwa espliċitament jew impliċitament projbit fil-pajjiżi kollha ta’ l-
UE. F’ċerti pajjiżi, tista’ tuża apparat li ma tużahx b’idejk.
Għalkemm fil-maġġoranza tal-pajjiżi ta’ l-UE l-livell massimu ta’ alkoħol fid-
demm huwa ta’ 0.5mg/ml, f’pajjiżi oħra jvarja bejn 0.2 mg/ml u 0.8 mg/ml
(0.9mg/ml f’Ċipru) u xi pajjiżi ma jippermettux alkoħol fid-demm waqt is-
sewqan. Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat li l-pajjiżi kollha jadottaw
livell standard awtorizzat li ma jkunx jaqbeż iz-0.5mg/ml.
Bl-ajru:
Il-ħolqien ta’ suq wieħed Ewropew għall-ivvjaġġar bl-ajru wassal għal
biljetti orħos u għażla usa’ ta’ kumpaniji ta’ l-ajru u servizzi għall-passiġġieri.
L-UE ħolqot ukoll sett ta’ drittijiet sabiex tiżgura li l-passiġġieri bl-ajru jkunu
ttrattati b’mod ġust.
Id-drittijiet tal-passiġġieri ta’ l-ajru
Bħala passiġġier ta’ l-ajru għandek ċerti drittijiet dwar informazzjoni fuq
it-tijiriet u l-
bookings
, id-dewmien u l-kanċellazzjonijiet, il-
booking
żejjed,
il-kumpens fil-każ ta’ xi inċident jew diffikultajiet fil-pakketti tal-vaganzi.
Dawn id-drittijiet japplikaw għal titjiriet skedati u mikrija, kemm domestiċi
kif ukoll internazzjonali, minn ajruport ta’ l-UE jew għal ajruport ta’ l-UE
minn ieħor ’il barra mill-UE, meta mmexxi minn linja ta’ l-ajru ta’ l-UE.
Jekk għandek xi lment, ikkuntattja lil-linja ta’ l-ajru jew lill-organizzatur tal-
pakkett tal-vaganza. Jekk dawn ma jwettqux l-obbligi tagħhom, imbagħad
għandek tilmenta mal-korp ta’ infurzar f’pajjiżek. Ċempel fuq in-numru tat-
telefown gratis EUROPE
DIRECT
00 800 6 7 8 9 10 11 sabiex tingħata
d-dettalji ta’ l-awtorità relevanti.
Sigurtà
Iffranka d-dewmien u l-inkonvenjenza f’każ li l-awtoritajiet tas-sigurtà
fl-ajruport jikkonfiskawlek xi ħaġa billi tiċċekkja li ma tkunx qed iġġorr
xi oġġetti ipprojbiti miegħek fuq l-ajruplan jew fil-bagalji. Teżisti lista
miftiehma fl-UE, ta’ oġġetti li mhumiex permessi fil-kabina waqt titjiriet
minn ajruporti ta’ l-UE, u lista oħra ta’ oġġetti pprojbiti mill-maħżen tal-
bagalji. Fittex dawn il-listi li jintwerew fiż-żona taċ-
check-in.
Bil-ferrovija
L-UE għandha netwerk ta’ ferroviji estensiv, 195 000 km, b’servizzi
internazzjonali għall-passiġġieri li joperaw mill-pajjiżi kollha. Jeżistu linji
ta’ veloċità għolja f’ħafna pajjiżi, b’ferroviji li jlaħħqu veloċità ta’ 300 km
fis-siegħa.
Qed jingħata appoġġ finanzjarju enormi għal proġetti tranż-Ewropej
bħall-binarji tal-ferroviji minn Lyon sal-fruntiera Pollakka ma’ l-Ukrajna,
minn Berlin għal Palermo, minn Pariġi għal Bratislava u minn Varsavja għal
Ħelsinki.
Biex tibqa’ f’saħħtek
Aċċess għall-kura tas-saħħa
Jekk int ċittadin ta’ l-UE u timrad għal għarrieda jew jinqalagħlek inċident
waqt żjara f’xi pajjiż ta’ l-UE, l-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja jew l-
Iżvezja, tista’ tingħata kura medika b’xejn jew bi spejjeż imnaqqsa. Din
l-iskema tkopri biss għalissa l-kura tas-saħħa tal-Gvern, u kull pajjiż għandu
r-regoli tiegħu meta jipprovdi l-kura medika statali. F’ċerti pajjiżi din hija
b’xejn, f’oħrajn inti tħallas parti mill-ispejjeż, f’oħrajn trid tħallas l-ispejjeż
kollha, imbagħad titlob rimborż. Għalhekk żomm il-kontijiet, ir-riċetti u l-
irċevuti.
Iddaħħlet Karta Ewropea ta’ l-Assigurazzjoni tas-Saħħa biex jeħfief l-aċċess
għall-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea u biex jitħaffef ir-rimborż ta’ l-
ispejjeż. Din issostitwiet il-formola E111. Aktar minn 50 miljun ċittadin
Ewropej diġà għandhom din il-Karta. Xi pajjiżi qed jinkorporaw l-elementi
tal-karta Ewropea fil-karti nazzjonali tagħhom u oħrajn qed joħorġu karti
separati. Ikseb il-karta tiegħek mill-uffiċċju lokali tas-sigurtà soċjali jew ta’
l-assigurazzjoni fuq il-mard.
Mediċini
Ħu r-riċetta miegħek jekk tkun qed iġġorr mediċini li jinxtraw biha. Iġġorrx
miegħek kwantitajiet akbar milli jkollok bżonn għalik innifsek waqt il-vjaġġ,
għax kwantitajiet kbar ta’ mediċini jistgħu jqajmu suspett.
Assikurazzjoni ta’ l-ivvjaġġar
Ikun tajjeb li tagħmel assigurazzjoni ta’ l-ivvjaġġar peress li ftit huma
l-pajjiżi ta’ l-UE li jħallsu l-ispejjeż kollha tal-kura medika. Il-mard jew
xi inċident barra minn pajjiżek jistgħu jfissru aktar spejjeż għal vjaġġi,
akkomodazzjoni u n-nefqa biex tmur lura lejn pajjiżek, u jkollok bżonn tkun
assigurat kontrihom.
It-tilqim
B’mod ġenerali, ma hemm l-ebda obbligu li titlaqqam meta ssiefer fl-UE.
Madankollu, hemm ukoll xi rekwiżiti, jew rakkomandazzjonijiet għal ċerti
territorji mbiegħda ta’ l-UE. Iċċekkja mat-tabib tiegħek qabel ma tmur.
L-ilma ta’ l-għawm
Hemm livelli stretti dwar l-ilma fejn jista’ jsir l-għawn madwar l-UE kollha.
Il-kwalità ta’ l-ilma fejn isir l-għawm hija sorveljata regolarment u rapport
annwali mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwalità ta’ l-ilma fejn isir
l-għawm fl-UE juri li l-kwalità ta’ l-ilma fejn isir l-għawm qiegħda l-ħin kollu
titjieb.
Jekk tara bandiera kaħla f’bajja jew f’marina, tista’ sserraħ rasek li
l-istandards speċifiċi fuq is-sigurtà u l-kwalità ta’ l-ilma, is-servizzi u
l-ġestjoni ambjentali jkunu ntlaħqu. Aktar minn 3 000 sit s’issa ngħataw
il-bandiera kaħla fi 33 pajjiż, inklużi 26 pajjiż Ewropew. Din l-iskema
volontarja qed titmexxa mill-Federazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali.
Meta l-aħjar tivvjaġġa
It-Temp
It-temp fl-Ewropa b’mod ġenerali m’għandux estremi. Din it-tabella tagħti
t-temperaturi medji minimi għal Jannar, u t-temperaturi medji massimi għal
Lulju fl-ibliet kapitali tal-pajjiżi ta’ l-UE.
Il-medja minima
Il-medja massima
Jannar
Lulju
° C
° C
A
Vjenna
– 4
25
B
Brussell
– 1
23
CY
Nikosija
5
37
CZ
Praga
– 5
23
D
Berlin
– 3
24
DK
Kopenħagen
– 2
22
E
Madrid
2
31
EST
Tallinn
– 10
20
F
Pariġi
1
25
FIN
Ħelsinki
– 9
22
GB
Londra
2
22
GR
Ateni
6
33
H
Budapest
– 4
28
I
Ruma
5
30
IRL
Dublin
1
20
L
Il-Lussemburgu
– 1
23
LT
Vilnjus
– 11
23
LV
Riga
– 10
22
M
Il-Belt Valletta
10
29
NL
Amsterdam
– 1
22
P
Liżbona
8
27
PL
Varsavja
– 6
24
S
Stokkolma
– 5
22
SK
Bratislava
– 3
26
SLO
Ljubljana
– 4
27
Ara l-gazzetti biex tikseb it-tbassir tat-temp jew ikkuntattja lill-uffiċċji
turistiċi nazzjonali għal aktar informazzjoni dettaljata dwar it-temp.
Il-Ħin
Il-Ħin tas-Sajf
Il-Ħin tas-Sajf madwar l-UE jibda fis-26 ta’ Marzu, 2006 meta l-arloġġi
jiddawru siegħa ’l quddiem, u jintemm fit-29 ta’ Ottubru 2006, meta
l-arloġġi jiddawru lura b’siegħa.
Annimali domestiċi
L-ivvjaġġar b’qattus jew b’kelb issa sar eħfef permezz tal-passaport ġdid
għall-annimali domestiċi li hu disponibbli mingħand kull veterinarju. Il-
qtates u l-klieb kollha jrid ikollhom passaport li jinkludi dettalji dwar tilqima
valida kontra r-rabbja. Għal perjodu limitat, l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-
Renju Unit jitolbu wkoll prova li t-tilqima kienet fil-fatt effettiva.
Fil-ħames snin li ġejjin se jiddaħħal l-użu ta’
microchip
biex l-annimal ikun
jista’ jiġi identifikat malajr. Sadanittant, jista’ jintuża tatù bħala mezz ta’
identifikazzjoni ħlief fl-Irlanda, Malta u r-Renju Unit fejn diġà huwa meħtieġ
microchip
.
Attivitajiet kulturali
L-UE tappoġġja u tagħti sehem f’ħafna proġetti kulturali u attivitajiet
li jsiru madwar l-Ewropa kollha kull sena. Fost affarijiet oħra tagħmel dan
billi kull sena taħtar il-belt kapitali kulturali Ewropea. Patras, fuq ix-xtajtiet
tal-punent ta’ l-art Griega, hija l-belt kapitali Ewropea għall-kultura għall-
2006. Din qed tiċċelebra b’jiem ta’ karnival, jiem ta’ poeżija u mużika, jiem
ta’ esplorazzjoni f’taqribiet ġodda lejn it-teatru tal-qedem, avvenimenti
li jiċċelebraw l-arti performattiva u l-għaqda bejn ir-reliġjon u l-arti, li jilħqu
l-qofol tagħhom f’festival ta’ l-arti f’ħafna forom għat-tfal.
Il-kalendarju Ewropew jinsab miżgħud b’festivals u b’avvenimenti speċjali
ta’ mużika, arti, teatru, żfin, film u sport. Tinsiex it-Tazza tad-Dinja 2006 li
se ssir fil-Ġermanja. Il-logħba tal-ftuħ se ssir fid-9 ta’ Ġunju fi Munich
u l-final se jkun fid-9 ta’ Lulju f’Berlin.
Jekk xi ħaġa tmur ħażin
Numru uniku Ewropew għal sejħa ta’ emerġenza 112
Sabiex tikkuntattja s-servizzi ta’ emerġenza fi kwalunkwe pajjiż ta’ l-UE
minn kwalunkwe sett tat-telefown, fiss jew ċellulari, agħfas 112.
Telf jew Serq
Irrapporta kwalunkwe serq lill-pulizija tal-post. Trid tehmeż ir-rapport tal-
pulizija meta tagħmel it-talba għal kumpens jew talba lill-assikurazzjoni.
Jekk titlef jew tinsteraqlek karta ta’ kreditu, ħassarha mill-ewwel. Jekk
il-passaport jinsteraqlek, agħmel rapport fil-konsulat jew l-ambaxxata ta’
pajjiżek, kif ukoll lill-pulizija.
Parir dwar drittijietek
Għal pariri b’xejn dwar drittijietek bħala vjaġġatur u xi drittijiet oħra u fejn
għandek tmur għall-għajnuna, ċempel lis-servizz EUROPE
DIRECT
fuq
0800 6 7 8 9 10 11 minn kullimkien fl-UE. Tista’ wkoll tibgħat
email
lil dan
is-servizz minn
europa.eu.int/europedirect
.
Ix-xiri
Fi ħdan l-UE
M’hemm l-ebda limitu għal dak li tista’ tixtri u tieħu miegħek meta tivvjaġġa
bejn pajjiżi ta’ l-UE, sakemm ikun għal użu personali u mhux biex jerġa’
jinbiegħ. It-taxxi (VAT u sisa) huma inklużi fil-prezz li tħallas u ma tħallas l-
ebda taxxa oħra f’xi pajjiż ieħor ta’ l-UE.
It-tabakk u l-alkoħol
Kull pajjiż jista’ jfassal ir-regolamenti tiegħu biex jiddetermina jekk it-tabakk
u l-alkoħol ikunux għall-użu personali. Fi kliem ieħor, jekk tkun qed iġġorr
kwantità akbar ta’ dawn il-prodotti, jista’ jkun li tiġi mitlub tagħti prova li
huma għall-użu personali u biex tiġġustifika x-xiri tagħhom. L-ammonti-
gwida ma jistgħux ikunu anqas minn:
800 sigarett
400 cigarillo
200 sigarru
Kilogramm tabakk
10 litri ta’ spirtu
20 litru ta’ nbid imsaħħaħ (bħal port jew
sherry
)
90 litru nbid (li jkunu jinkludu mhux aktar minn 60 litru ta’ spumant)
110 litri ta’ birra
Għal żmien limitat, xi pajjiżi (l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza,
il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit) qed iżommu limiti fuq kemm
sigaretti, u f’ċerti każi, fuq prodotti tat-tabakk ta’ ċertu tip, miġjuba minn tmienja
mill-pajjiżi li daħlu fl-UE fl-2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja,
il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja).
Meta tkun dieħel
Int u dieħel fl-UE , tista’ ddaħħal miegħek prodotti mingħajr VAT u sisa għall-użu
personali, sal-limiti mniżżla hawn taħt. L-istess jgħodd jekk tkun ġej mill-Gżejjer
Kanarji, iċ-Channel Islands, Ġibiltà jew territorji oħra fejn ir-regoli ta’ l-UE dwar il-
VAT u s-sisa ma jgħoddux.
Prodotti tat-tabakk
200 sigarett jew
100 cigarillo jew
50 sigarru jew
250 gramma tabakk
Xorb alkoħoliku
Litru spirtu ta’ grad ogħla minn 22% jew
Żewġ litri ta’ nbid imsaħħaħ jew spumant
Żewġ litri ta’
nbid normali
Fwejjaħ
50 gramma
Eau de toilette
250 ml
Prodotti oħra
Sa valur ta’ €175.
Madankollu, il-limitu huwa ta’ € 90 għal vjaġġaturi lejn il-pajjiżi kollha ta’ l-UE
li jkollhom anqas minn 15-il sena ħlief għad-Danimarka, il-Ġermanja,
l-Ungerija, l-Estonja, il-Litwanja, l-Olanda u r-Renju Unit. Fil-limitu ta’ €175,
il-Finlandja tippermetti massimu ta’ 16-il litru birra kull persuna.
Skema ta’ rifużjoni għall-VAT fuq esportazzjoni
Viżitaturi minn barra l-UE huma intitolati għal rifużjoni tal-VAT fuq prodotti
li jkunu xtraw waqt iż-żjara tagħhom fl-UE jekk il-prodotti jintwerew lid-dwana
dakinhar tat-tluq, fi żmien tliet xhur mix-xiri tagħhom flimkien mad-dokumenti
għar-rifużjoni tal-VAT. Normalment dawn jitħejjew mill-bejjiegħ għalkemm ma
jipparteċipawx in-negozjanti kollha, minħabba li hi skema volontarja. Xi pajjiżi
jistabbilixxu valur minimu ta’ xiri sabiex wieħed jikkwalifika għal rifużjoni.
Il-Ħarsien tal-konsumatur
Bħala konsumatur, inti protett minn liġijiet fundamentali, fi kwalunkwe post
fejn tinsab fl-UE.
Inti żgurat mill-ogħla standards ta’ sigurtà alimentari permezz ta’ liġijiet
stretti dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-użu tal-kuluri artifiċjali u dak
li jiżdied, u l-bejgħ ta’ l-ikel.
Bil-liġijiet ta’ l-UE dwar it-tikketti fuq l-ikel, tista’ tara sew xi tkun qed tixtri.
Iridu jingħataw dettalji sħaħ dwar l-ingredjenti kif ukoll xi kuluri artifiċjali,
preservattivi, ħlewwiet jew żidiet kimiċi oħra. Jeżistu wkoll regolamenti
dwar liema prodotti jistgħu jissejħu ‘organiċi’.
Il-prezz tal-prodotti bil-wieħed - il-prezz kull kilo jew kull litru - irid jingħata
mis-
supermarkets
biex wieħed ikun jista’ jqabbel il-prezzijiet malajr.
Prodotti kożmetiċi bħal dak tal-protezzjoni kontra x-xemx għandhom
jindikaw għal kemm żmien jistgħu jibqgħu jintużaw wara li jinfetħu. Fittex
is-simbolu tal-vażett miftuħ.
Reklamar qarrieqi hu pprojbit u l-liġi ta’ l-UE toffri protezzjoni fuq vaganzi
b’kollox kompriż u skemi ta’ proprjetà
timeshare
kif ukoll kontra termini
kuntrattwali jew prattiċi kummerċjali inġusti.
Pariri lill-konsumatur
Iċ-ċentri Ewropej għall-konsumatur joffru tagħrif prattiku dwar id-drittijiet
tal-konsumatur kif ukoll tagħrif u assistenza f’ilmenti jew riżoluzzjoni ta’
tilwim. Jeżistu ċentri fil-25 pajjiż ta’ l-UE u fl-Iżlanda u n-Norveġja. Issib lista
ta’ ċentri fuq
europa.eu.int/comm/consumers/redress/ecc_network/
ecc_network_centers.pdf
Fittex il-fjura
Fittex il-fjura, it-tikketta ekoloġika ta’ l-UE, fuq prodotti tal-konsum ta’ kuljum,
minn trab tal-ħasil sa drappijiet, bħala għajnuna biex issib prodotti li jagħmlu
anqas impatt ambjentali. Għal lista ta’ prodotti bit-tikketta ekoloġika,
żur
www.eco-label.com
Tista’ wkoll tuża l-fjura sabiex issib lukandi
li jħarsu aktar l-ambjent,
bed and breakfast
jew ostell għaż-żgħażagħ
u riċentement l-iskema ġiet estiża għall-postijiet ta’ l-ikkampjar.
Il-fjura turik li l-post ikun naqqas il-konsum ta’ enerġija u ilma
tiegħu, ikun uża sorsi ta’ enerġija li tiġġedded u ħa miżuri sabiex
inaqqas l-iskart.
L
-
I
v
v
j
a
ġ
ġ
a
r
f
l
-
E
w
r
o
p
a
L
-
I
v
v
j
a
ġ
ġ
a
r
f
l
-
E
w
r
o
p
a
L-Unjoni Ewropea
Pajjjiżi ta' l-UE li jużaw l-ewro
Pajjjiżi ta' l-UE li ma jużawx l-ewro
©
V
a
n
P
a
r
y
s
M
e
d
i
a
© Van Parys Media
© Van Parys Media
© Getty images
© Van Parys Media
© Van Parys Media
© Van Parys Media
© Getty Images
2006
ISBN 92-79-00549-9
,!7IJ2H9-aaffba!
NA-71-05-869-MT-C
Il-Komunikazzjoni
L-ilsna
L-Ewropa hi għanja fl-ilsna. Il-familji lingwistiċi ewlenin fl-UE huma dawk
tal-lingwi Ġermaniċi, Romanzi, Slavi, Baltiċi u Ċeltiċi. L-istituzzjonijiet
Ewropej għandhom 21 ilsien uffiċjali imma hemm ħafna oħrajn inqas
mitkellma.
Ħafna Ewropej jafu wkoll ta’ l-anqas lingwa waħda oħra barra l-ewwel
lingwa tagħhom iżda tul il-vjaġġi tiegħek fl-Ewropa, ipprova uża xi ftit
frażijiet tal-lingwa lokali meta tkun qed titkellem man-nies tal-post. Ibda
billi tgħid l-
għodwa t-tajba
.
Ċek . . . . . . . . . . . . . .
Dobré ráno
Malti
. . . . . . . . . . . . .
L-Għodwa t-tajba
Daniż . . . . . . . . . . . .
Godmorgen
Olandiż
. . . . . . . . . . .
Goedemorgen
Estonu . . . . . . . . . . .
Tere hommikust
Pollakk
. . . . . . . . . . .
Dzień dobry
Finlandiż
. . . . . . . .
Hyvää huomenta
Portugiż
. . . . . . . . . .
Bom dia
Franċiż
. . . . . . . . . .
Bonjour
Slovakk
. . . . . . . . . . .
Dobré ráno
Ġermaniż . . . . . . . .
Guten Morgen
Sloven
. . . . . . . . . . . .
Dobro jutro
Grieg
. . . . . . . . . . . .
Kalimera
Spanjol
. . . . . . . . . . .
Buenos días
Ingliż
. . . . . . . . . . . .
Good morning
Taljan
. . . . . . . . . . . .
Buongiorno
Irlandiż
. . . . . . . . . .
Dia dhuit
Ungeriż
. . . . . . . . . . .
Jó reggelt
Latvjan
. . . . . . . . . .
Labrīt
Żvediż
. . . . . . . . . . . .
God morgen
Litwan . . . . . . . . . . .
Labas rytas
Telefowns Ċellulari
Tista’ tuża t-telefown ċellulari tiegħek kullimkien fl-Ewropa u f’ħafna naħat
tad-dinja bis-saħħa tat-teknoloġija GSM ta’ l-UE. Qabel issiefer, iżda, tkellem
mal-kumpanija li ttik is-servizz biex taċċerta ruħek li t-telefown ċellulari
tiegħek jista’ jintuża għar-
roaming
internazzjonali. Il-prezzijiet jistgħu
jkunu għoljin u l-Kummissjoni Ewropea qed tinvestiga s-suq tar-
roaming
internazzjonali u tiċċekkja dwar kwalunkwe mġiba anti-kompetittiva.
Sadanittant, sit ta’ l-internet ġdid —
europa.eu.int/information_society/
roaming
– jagħti dettalji dwar il-prezzijiet tar-
roaming
bit-telefown ċellulari
sabiex tikseb arranġament aħjar meta tuża t-telefown ċellulari tiegħek
’il
barra minn pajjiżek. Din toffri kampjun wiesa’ ta’ tariffi mill-operaturi kollha
tan-netwerks ċellulari fil-25 pajjiż ta’ l-UE, u links diretti mas-siti internet
tagħhom, kif ukoll gwida u pariri dwar ir-
roaming
internazzjonali.
It-Telefown
Hemm biss prefiss wieħed biex tagħmel telefonati internazzjonali tkun fejn
tkun fl-UE. Dan hu 00.
Il-kodiċi tal-pajjiżi huma:
A
L-Awstrija
43
B
Il-Belġju
32
CY
Ċipru
357
CZ
Ir-Repubblika Ċeka
420
D
Il-Ġermanja
49
DK
Id-Danimarka
45
E
Spanja
34
EST
L-Estonja
372
F
Franza
33
FIN
Il-Finlandja
358
GB
Ir-Renju Unit
44
GR
Il-Greċja
30
H
L-Ungerija
36
I
L-Italja
39
IRL
L-Irlanda
353
L
Il-Lussemburgu
352
LT
Il-Litwanja
370
LV
Il-Latvja
371
M
Malta
356
NL
L-Olanda
31
P
Il-Portugall
351
PL
Il-Polonja
48
S
L-Iżvezja
46
SK
Is-Slovakkja
421
SLO
Is-Slovenja
386
L-internet
Meta tkun fuq triqtek, tista’ tara
x’emails
għandek, tibgħat u tirċievi
messaġġi jew tfittex fuq l-internet fl-
Internet
cafes
li llum issibhom
kullimkien. Jekk issiefer bil-kompjuter tiegħek, tista’ tidħol fuq l-internet
minn ħafna lukandi li jkollhom is-
socket
apposta fil-kmamar. Jekk jgħidulek
li tista’ taqbad permezz ta’ linja tat-telefown, ara li n-numru li jtuk ikun
wieħed lokali. Jekk taqbad ma’ kumpanija f’pajjiż ieħor, teħel spejjeż kbar.
Minflok, tista’ wkoll tuża l-hekk imsejħa netwerks Wi-Fi li llum issibhom
fl-ajruporti, fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u f’postijiet oħra. Iż-żoni Wi-Fi
normalment ikunu mmarkati b’mod li jkun jidher sew. Spiss jintalab ħlas
għall-aċċess u l-kompjuter tiegħek hemm bżonn li jkun mgħammar b’karta
ta’ netwerk
wireless
.
L-Elettriku
L-Ewropa kollha tuża kurrent ta’ 230 volt, b’50 ċiklu jalterna. Ċipru, l-Irlanda,
Malta u r-Renju Unit għandhom plakek bi tliet labar ċatti, iżda, b’mod
ġenerali, il-pajjiżi l-oħra kollha jużaw plakek b’żewġ labar. Jista’ jkun li dawn
ma jkunux kullimkien l-istess iżda suppost li tkun tista’ tuża l-apparat li
jkollok, bħal ma huma
hairdryers
u
shavers
, kullimkien. Fl-ajruporti
u f’postijiet turistiċi normalment tkun tista’ ssib tixtri
adaptors
apposta.
Iktar informazzjoni dwar l-Unjoni
Ewropea
Informazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni Ewropea
hija disponibbli fuq l-Internet. Għandek aċċess għaliha mis-
server Europa:
europa.eu.int
Madwar l-Ewropa kollha hemm mijiet ta’ ċentri lokali ta’
informazzjoni dwar l-UE. Tista’ ssib l-indirizz ta’ l-eqreb ċentru
lejk fuq il-
website
:
europa.eu.int/comm/relays/index_en.htm
Il-EUROPE
DIRECT
huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet
tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-
servizz fuq in-numru mingħajr ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11
(jew bil-ħlas minn barra l-UE:+32-2-299 96 96), jew bil-posta
elettronika fuq
europa.eu.int/europedirect
Informazzjoni u pubblikazzjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea jistgħu jinkisbu f’Malta:
Kummissjoni Ewropea Rappreżentanza f’Malta
51 Villa The Vines
Ix-Xatt ta’ Ta’Xbiex
Ta’ Xbiex
Telefown: (356) 2134 5111/2134 4891
Fax: (356) 2134 4897
E-mail: press-rep-malta@cec.eu.int
Europe Direct
Gateway Centre
Triq il-Kappillan Mifsud
Il-Ħamrun HMR 10
Telefown: (356) 2122 4900
Fax: (356) 2333 1230
E-mail: info@europedirectmalta.com
Parlament Ewropew
Uffiċċju Informazzjoni
It-tielet sular,
280 Triq ir-Repubblika
Il-Belt Valletta
Telefown: (356) 2123 5075
Fax: (356) 2122 7580
E-mail: epvalletta@europarl.eu.int
Direttorat dwar l-Unjoni Ewropea
Università l-Qadima
Triq San Pawl
Il-Belt Valletta
Telefown: (356) 2124 2580
Ċentru ta’ Informazzjoni Malta-UE (MIC)
280 Triq ir-Repubblika
Il-Belt Valletta VLT 07
Telefown: (356) 2590 9192
Fax: (356) 2122 7580
E-mail: euinfo.mic@gov.mt
www.mic.org.mt
EIC
Malta Enterprise Centre,
Industrial Estate
San Ġwann
Telefown: (356) 2542 0000/2542 3443
Fax: (356) 2542 3401
E-mail: eic@maltaenterprise.com
Ir-rappreżentanzi u l-uffiċċji tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament jinsabu f’kull pajjiż ta’
l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha wkoll delegazzjonijiet f’partijiet oħra
tad-dinja.
European Documentation
and Research Centre (EDRC)
L-Università ta’ Malta
L-Imsida
Telefown: (356) 3290 2001
Fax: (356) 2133 7624
E-mail: edrc@um.edu.mt
Uffiċċju tal-EURES
Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ
Diviżjoni tas-Servizzi ta’ l-Impjiegi
Ħal Far
Telefown: (356) 2220 1203
Fax: (356) 2220 1812
E-mail: eures@etc.org.mt
EUPU
36 Old Mint Street
Il-Belt Valletta
Telefown: (356) 2124 3237
Fax: (356) 2558 6139
E-mail: eupu@gov.mt
Iċ-Ċentru SOLVIT Malta
Diviżjoni tal-Kummerċ
Lascaris
Il-Belt Valletta
Telefown: (356) 2569 0329/2569 0310
Fax: (356) 2123 9891
E-mail: solvit.malta@gov.mt
Dawn il-korpi kostitwiti u
trade unions
ukoll
għandhom servizz ta’ informazzjoni
għall-membri tagħhom:
* Malta Business Bureau (għall-membri
tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Federazzjoni
ta’ l-Industrija (FOI)
* L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem (MEA)
* L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti
(MHRA)
* General Workers Union (GWU)
* Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM)
Informazzjoni għat-turist
Għal aktar informazzjoni dwar xi pajjiż ta' l-UE li tkun beħsiebek iżżur,
dawn huma s-siti ta' l-internet ta' l-organizzazzjonijiet uffiċjali tat-turiżmu
tagħhom.
A
L-Awstrija
www.austria.info
B
Il-Belġju
www.opt.be
CY
Ċipru
www.visitcyprus.org.cy
CZ
Ir-Repubblika Ċeka
www.czechtourism.com
D
Il-Ġermanja
www.germany-tourism.de
DK
Id-Danimarka
www.visitdenmark.com
E
Spanja
www.spain.info
EST
L-Estonja
www.visitestonia.com
F
Franza
www.franceguide.com
FIN
Il-Finlandja
www.visitfinland.com
GB
Ir-Renju Unit
www.visitbritain.com
GR
Il-Greċja
www.gnto.gr
H
L-Ungerija
www.hungarytourism.hu
I
L-Italja
www.enit.it
It-taqsiriet użati għall-pajjiżi
huma dawk li jintużaw fuq
il-pjanċi tan-numri tal-karozzi.
IRL
L-Irlanda
www.ireland.ie
L
Il-Lussemburgu
www.ont.lu
LT
Il-Litwanja
www.travel.lt
LV
Il-Latvja
www.latviatourism.lv
M
Malta
www.visitmalta.com
NL
L-Olanda
www.holland.com
P
Il-Portugall
www.visitportugal.com
PL
Il-Polonja
www.poland-tourism.pl
S
L-Iżvezja
www.visit-sweden.com
SK
Is-Slovakkja
www.slovakiatourism.sk
SLO
Is-Slovenja
www.slovenia.info
© Van Parys Media
© Getty Images
L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewrapea
2005.
Sors:
Eurostat (europa.eu.int/comm/eurostat).
(
2
) 2003.
(
3
)
Sors:
www.census.gov
L-ex-Repubblika
Jugożlava tal-Maċedonja
Former Yugoslav
Republic of Macedonia
Jannar 2006–
Copyright © January 2006 —
EUROOPA KOMISJON
1
  • Univers Univers
  • Ebooks Ebooks
  • Livres audio Livres audio
  • Presse Presse
  • Podcasts Podcasts
  • BD BD
  • Documents Documents